
Maghruf aktar bhala Jimbo. Fil-fatt Jimbo huwa l-laqam ta’ Oliver Scicluna li tkellimt mieghu propju ghal din l-intervista. L-istess laqam gie moghti lilu minn shabu li jizfen maghhom. Ghalkemm Oliver huwa persuna b’dizabbilità, jsostni li din il-haga qatt ma nkwetatu u qatt ma weggghatu.
Oliver twieled fl-14 ta’ Lulju 1986, u ghandu ghal qalbu hafna l-hip hop, specjalment il-breakdance. Fil-fatt Oliver huwa breakdancer!!!
Minhabba d-dizabbilità li ghandu, Oliver ikollu juza l-krozzi. Minkejja dan, hajjtu ma giet affettwata bl-ebda mod. Anzi hajjtu hija wahda normali ghall-ahhar, sahansitra huwa wkoll breakdancer. Tant hu hekk li jsostni li ma tantx jista’ jimmagina hajjtu minghajr krozzi. “Minghajr ma tkun taf jghaddi z-zmien u tibda thobbhom qishom parti minn gismek. Tista’ tghid minn dejjem kont nuza l-krozzi biex nimxi u li geghlni neghleb milli nuza wheelchair.
Nimxi bil-krozzi bir-ritmu ta’ bniedem li jimxi normali just nuzahom biex inserrah fuqhom. Wara tul ta’ hin nimxi, nghejja u nserrah fuq saqajja minhabba s-sitwazzjoni tad-dizabbilità tieghi li tikkonsisti f’savvier scoliosis. Din ma nqisiex bhala zvantagg ghalijja. L-ebda bniedem ghalija mhu zvantaggjat. Alla dejjem jahsiblek u lili baghtli idejja jifilhu ghan-nuqqas ta’ saqajja. Ghalhekk ma nsib l-ebda problema li nuza l-krozzi. Ghalkemm bil-krozzi jien kapaci naghmel kollox, temmen jew ma temminx l-ghajnejk, kollox irnexxieli naghmel f’dak kollu li ppruvajt u jien persuna li nhobb nipprova kollox”, beda jghidli determinat Oliver.
Anki fil-hajja ta’ kuljum, l-uzu tal-krozzi ma jirristringini xejn. Forsi qed tghidu dan il-guvni kemm hu ferhan bih innifsu u verament Oliver jishaq li hu ferhan bih innifsu. “Haga li nghidha lil hafna nies hija li jien jekk ikolli nerga’ nitwieled naghzel li nitwieled l-istess kif jien. L-unika haga li ddejjaqni f’dan il-pajjiz hija li l-maggoranza tal-poplu ghadhom ma kellhomx edukazjoni bizzejjed li kif jaraw bniedem bhali jingibdu lura. Billi ssaqsi ghall-ghajnuna ma fiha xejn hazin, imma mhux tressaq it-tfal jigru ‘l hemm jew inkella t-tfal Maltin jippuntaw subajhom qishom raw l-ikbar opra tad-dinja. Din il-haga nhossha ngusta u ghalhekk hemm bzonn ta’ izjed edukazzjoni. Jiddispjacini li kelli nsemmi l-Maltin, imma huwa fatt. Qatt ma naf li barra minn Malta haduli l-privatezza tieghi, anzi pjuttost juru rispett kbir. Ma nieqafx fuq nota hazina, din ma tghoddx ghal kulhadd ghax hawn nies li jilqghuni u nahseb li difficli issib bhalhom”, sostna Oliver.
Il-krozzi ma jtellfuh xejn fil-breakdance
B’amirazzjoni kbira, apprezzajt kemm Oliver ghandu kuragg fuqu, u b’hekk ma skantajt xejn li huwa zeffien tajjeb fil-breakdance. Però xorta wahda staqsejtu kif ezattamant jizfen il-breakdance minghajr ma jtellfuh il-krozzi.
“Il-Bboying huwa zfin però mhux dixxiplina. Gej minn kultura li nholqot fit-toroq ta’ Bronx fl-Istati Uniti. Giet mahluqa biex il-glied tal-gangs jispicca u jissaraf f’xi haga izjed pozittiva li hija l-kultura tant ghal qalbi tal-Hip Hop. Ghazilt din il-kultura ghax laqtitni hafna u pjuttost izjed il-breakdance”.
Kif zied jghidli hu stess, il-breakdance ma jidhirx facli biex taghmlu, ghax hafna nies jahsbu li ghax titla’ fuq idejk qed taghmel breakdance, imma dik hija l-ikbar cajta tad-dinja fi kliem Oliver stess.
“Il-breakdance trid tifhmu u trid tibda tghixu wara zmien li tkun bdejt tizfen. Jien ser naghlaq sitt snin nizfen, imma sat-tielet sena minn meta bdejt nizfen kont ghadni ma gejtx edukat sew fuqu u xorta wahda fadalli hafna x’nitghallem u ma nieqaf qatt. Int mhux biss trid titghallem it-teknika u l-mossi. L-ehfef haga li trid taghmel.
“Fil-fatt Bboy li johrog jizfen u jaghmel mossi biss, ma jitqiesx bhala Bboy. Trid thossha go fik il-muzika u trid tinterpretaha int bil-mod originali tieghek. Ghalhekk hija difficli hafna ghax il-breakdance fih basic moves bhal windmills, flares u headspins u footwork bhal six step u baby love jew inkella toprock bhal Indian step, imma dak huwa l-bidu. Int trid tkun kreattiv bizzejjed li tivvinta l-istil tieghek”.
Trobbija u tfulija felici
“Minn mindu kont zghir kont bniedem socjevoli u naghmel hbieb godda malajr. Il-hbieb li kelli tul hajjti kollha dejjem qlajt rispett mill-maggoranza taghhom. Trattawni ta’ wiehed minnhom u dan ninduna bih ghax ma jonqsux milli jiccajtaw mieghi. Kont nattendi skola primarja tal-Kalkara fejn hemmhekk jien kont niehu sehem f’hafna attivitajiet”, beda jirrakkontali Oliver.
“Is-surmast ta’ dak iz-zmien, is-Sur Alfred Cachia kien juri hafna interess fija u kont ninghata l-partijiet principali fi plays li kienu jigu mtella’ f’din l-iskola. Ghalija s-Sur Cachia huwa bniedem li llum il-gurnata nirringrazzja hafna talli ta’ età zghira kien wera interess fija u gheni nibni din l-energija li dejjem kelli go fija”.
Ikompli jirrakkontali li darba fost l-ohrajn gewwa l-iskola fejn kien jattendi ha sehem ma’ grupp ta’ nies li organizzaw maratona ta’ gbir ta’ 3km ghal nies bil-marda tal-kancer (Joe’s Bajjada Memorial). “Jien mill-ewwel gbart l-applikazjoni ghal din it-tellieqa u hadtha d-dar mieghi. Hekk kif il-genituri tieghi raw din l-applikazzjoni, qatghu qalbhom li jien naghmilha, imma xorta wahda ma tilfux il-fiducja fija u baghtuni nitfaghha. Bqajt naghmilha ghat-tlett snin li baqghet issir u dejjem irnexxieli inlestieha sal-ahhar. Meta spiccajt mill-iskola primarja tal-Kalkara, bdejt nattendi l-Kullegg ta’ De La Salle u hemmhekk beda jinteressani l-football. Kont niehu sehem fil-league ufficjali tal-iskola u fl-isports day. Hadt sehem ukoll f’tournaments tal-football barra l-iskola. Kont inhobbu l-football u kont niggieled in-nuqqasijiet biex niprattika dan l-isports. Lestejt l-istudji regolari tieghi u spiccajt minn De La Salle u bdejt nattendi l-Mcast. Hemmhekk bdejt nistudja l-informatika u irnexxieli ingib id-diploma li bdejt nistudja ghaliha”, kompla jirrakkontali Oliver.
Dak iz-zmien shabu kienu bdew jipprattikaw il-breakdance li ghal Oliver dak iz-zmien ma kien ifisser xejn.
“Ta’ bniedem zatat li jien, kont noqghod nipprova maghhom u huma kienu jistaghgbu bl-affarijiet li kont kapaci naghmel. Jien u zewgt ihbieb tieghi ghaqqadna grupp li ahna nsejjhulu ‘Crew’ u bdejt naghmel it-tahrig tieghi maghhom”.
Eventwalment hekk kif ghadda ftit taz-zmien, grupp iehor ta’ hbieb huma stess rieduh biex jidhol maghhom.
“Dan kien fl-2003 meta beda l-Crew li ili sitt snin mieghu ‘Underground Shadows’. Fl-2004 hadna sehem fil-Battle of the Crews u kienet l-ewwel kompetizzjoni tieghi. Hemmhekk ahna irbahna l-aqwa korjografija u t-tielet post.
“Fl-2006 inbidlu xi nies mill-“Crew” u ergajna hadna sehem u din id-darba rbahna t-tieni post. Wara dik il-kompetizjoni jien kont qisni qed naqta’ miz-zfin minhabba li kont bdejt nahdem l-ewwel xoghol tieghi”.
Dak iz-zmien, it-tfajla ta’ Oliver, Angela bdiet tinduna li bhal kellu xi haga nieqsa go fih, haga li kien ihossha anki Oliver stess fih innifsu.
“Qatt ma kont hassejt hekk ghall-football jew ghad-drama. Hemmhekk indunajt li l-breakdance kien izjed minn zfin imma kien gej minn kultura vasta. Dhalt sew fil-kultura tal-hip hop u bdejt nifhimha izjed u l-interess li urejt fiha ndunajt li mhux bizzejjed inkun naf jien biss li din il-kultura jixirqilha hafna rispett”.
Ikompli jispjegali b’certu interess qawwi, li l-hip hop hija kultura ta’ erba’ elementi principali. Dawn huma MC’ing (rapping), DJ’ing, Bboying (breakdance) u Graffiti writing.
“Bis-sahha tat-tfajla tieghi u ta’ shabi ergajt bdejt nizfen u flimkien ma’ Underground Shadows hadna sehem ghat-tielet darba f’Battle of the Crews 2008 fejn dakinhar rbahna l-ewwel post. Apparti dawn it-tlett kompetizzjonijiet, jien hadt sehem f’hafna ohrajn, b’wahda minnhom tigi organizzata ghal Underground Shadows ghal gheluq il-hames snin flimkien mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara.
Fl-opinjoni tieghu l-breakdance huwa zfin kompletament differenti minn kull zfin li jezisti fid-dinja.
“Dan mhux zfin li jillimitak ghal certu affarijiet, imma jhallik tibni l-originalità tieghek. Zfin li huwa bbazat fuq l-originalità u l-attitudni. Inhoss li f’Malta ilu jezisti naqra mhux hazin, imma issa dawn l-ahhar snin qed jigi interpretat u mifhum kif suppost”.
Il-krozzi tawh stil originali
“Jien il-krozzi tawni stil li jghinuni hafna inkun originali. Ghandi mossi li vvintajthom jien bil-krozzi stess, però importanti li meta qed nizfen jien nidhol fil-muzika, inkun fhimta u interpretajtha. Dan ma jfissirx li jien il-hin kollu nizfen bil-krozzi. Fil-fatt hafna mill-hin meta nizfen innehhiehom. Haga importanti ghalija hi li jien meta nikkompeti nippreferi nikkompeti ma’ nies li m’ghandhomx dizabbilità. Jien hemmhekk irrid nuri l-kapacità tieghi u s’issa dejjem irnexxiet. Ma rridx nuri xi tip ta’ diskriminazzjoni lejn persuni b’dizabbilità. Ma tantx nista’ naghmilha ghax jien wiehed minnhom, just ihossni izjed komdu”, ikkummenta Oliver.
Biex wiehed johloq certu manuvri tajba waqt breakdance, Bboy irid jifhem sew xi jkun ghaddej minn mohhu stess waqt iz-zfin. B’differenza minn kull zeffien iehor, Bboy irid johrog u jissinkronizza mal-muzika b’attitudni tajba hafna li qisu jidher li hu qed ihobb il-muzika. Fil-kaz ta’ Oliver, il-manuvri tal-breakdance tghallimhom biz-zmien. “Fil-bidu kont nittrenja darba fil-gimgha biss, imma izjed ma dhalt fil-kultura izjed bdejt inzid it-tahrig tieghi. Izjed ma tittrenja izjed titghallem it-teknika tal-mossa u izjed iggib sahha u nifs biex tkun tista’ taghmilha. Kif jghid l-Ingliz - practice makes perfect !!”
Fil-bidu li Oliver beda jizfen kien jaghmel hafna Ufo position ‘planche’ , kif ukoll freeze. Ta’ min jghid li wahda mill-mossi jew manuvri li n-nies jafuh ghaliha hija l-Ufo li fil-fatt kien l-ewwel persuna li ghamilha f’Malta u tista’ tghid li hu biss jaghmilha. Ghandu wkoll ohrajn fosthom flares u T-flares, variations ta’ 1990’s, hollow side u hafna tipi ta’ manuvri li vvinta hu stess.
Il-breakdance minnu nnifsu huwa tip ta’ zfin xi naqra stressanti ghall-gisem tal-bniedem. Però min-naha l-ohra, kif spjegali Oliver stess kull training session tieghu tkun tinvolvi bejn saghtejn u tlieta. “Meta ma nittrenjax fizikament, xorta wahda nisma’ l-muzika li nhobb jien, u nizfen maghha u b’hekk inkun qed nipprattika l-feeling tieghi lejn il-muzika. Ahna nizfnu ma’ diversi tipi ta’ muzika fosthom breakbeats, funk music li huwa t-tip ta’ James Brown li huwa l-idolu tieghi fil-muzika u Hip Hop music”.
Jinfethulu bibien godda
Barra dan kollu, lil Oliver il-breakdance fetahlu hafna bibien godda. Laqqghu fid-dinja tieghu minhabba l-fatt li m’hemm l-ebda restrizzjonijiet u fuq kollox mhux xi dixxiplina. “Il-breakdance difficli biex tghallmu u fil-fatt jien wahdi tghallimtu. Meta bniedem jibda jhoss li jrid jizfen huwa jista’ jigi mghallem il-basic moves. Minn hemm ‘il quddiem f’idejh jew f’idejha. Li tista’ f’kaz ta’ Bboy li jkun ghadu beginner tghinu b’mod ta’ avvanz fil-mentalità tieghu lejn iz-zfin. Jien lill-beginners ma nghallimhomx, just noqghod nitkellem maghhom u naghtihom il-ftit esperjenza tieghi, li huma jfittxu hafna minghandi. L-ewwel haga li nghidilhom hija l-basics tghallimtuhom, imma ghadkom lanqas bdejtu. Il-Bboy taghkom ma bediex. Meta nghid il-Bboy taghkom, nkun qed infisser li kull persuna li tizfen ghandha karattru ghal waqt li qed tisma’ l-muzika u tittrasferieha fi zfin. Ma ninsew qatt li dan iz-zfin huwa freestyle u ftit minnu jigi kkorjagrafat mal-bqija tal-crew. Jien nemmen li l-breakdance ma jistax jigi mghallem ghax jekk jigi mghallem, ser jitlef is-sens tieghu ta’ originalità. Jekk inti tmur f’kompetizzjoni tal-breakdance, ser tara l-bboys/bgirls kollha differenti minn xulxin jizfnu u din taghmlu uniku u specjali. Fi kliem iehor, “you have to feel it before you can show it”, ikkumenta mieghi Oliver.
Dawk li jizfnu l-breakdance jistordu b’dawk id-dawrien u manuvri kollha? Oliver qalli li “nahseb li gismi dara jaqla’ d-daqqiet u t-tidwir ‘l hemm u ‘l hawn. Però wara kollox jien meta qed nizfen inkun qed niehu gost naghmilha u nispicca mitluf fil-muzika li tkun ghaddejja warajja, jigifieri li jista’ jkun li taghmel differenza biex ma nistordix”.
www.hiphipmalta.com
Oliver jahdem f’bank lokali u fil-prezent qed imexxi l-organizzazzjoni tal-hip hop f’Malta li bhalissa ghadha fil-bidu taghha. Ghandu team ta’ persuni li qed jahdmu flimkien u li ilhom jaghmlu dan minn Novembru li ghadda. Jiltaqghu ta’ kull gimgha sabiex jiddiskutu l-bazi soda li qed jippruvaw jibnu fi hdan din l-organizzazzjoni. Bis-sahha ta’ Sedqa organizzaw sitt minuti throw-down.
“Hloqna ukoll sit biex nilhqu s-socjetà u naraw bejn wiehed u iehor kemm hemm nies interessati li jinghaqdu maghna li hija www.HipHopMalta.com. Din ix-xewqa kienet ilha tberren go fija imma l-izjed li issahhet kienet is-sena li ghaddiet meta jien u shabi morna l-Germanja u attendejna il-Battle of the Year 2008. Hemmhekk ahna ltqajna ma’ nies mid-dinja kollha u hassejtni vera kuntent madwar dawk in-nies ta’ gnus differenti imma fuq kollox maghqudin flimkien daqshekk”.
Fi kliemu stess dik hija l-kultura ta’ hip hop unità, lealtà u rispett lejn xulxin, imma f’hafna films din il-kultura tigi interpretata hazin. “Jien ma narahiex gusta fejn kultura li nholqot favur il-paci, from Gangs to Glory, tigi nterpretata b’dan il-mod u xi drabi anki tigi mwaqqa’ ghaz-zufjett”, zied jghidli Oliver.
Ta’ min jghid li fl-ahhar xhur tal-2008, Oliver kien beda jaghmel kuntatt mal-organizzazzjoni li holqot il-kultura tal-hip hop fid-dinja, il-Universal Zulu Nation. “Li tkun maghqud ma’ dawn in-nies li llum il-gurnata huma mxerrdin mad-dinja kollha, huwa ta’ unur li jaccetawk u joffruwlek ghajnuna. Huma tawni l-kariga ta’ leader u talbuni biex l-organizzazzjoni ta’ Malta tinghaqad maghhom. Ahna pajjiz zghir imma kapaci naghmlu affarijiet kbar jekk dejjem ninghaqdu flimkien u ninsew id-differenzi ta’ bejnietna”.
Ftit jiem ilu, Oliver flimkien mal-crew tieghu marru Herleen fl-Olanda ghal International Breakdance Event, fejn hemmhekk ikkompetew f’diversi kompetizzjonijiet. “Morna tajjeb u hadna esperjenza importanti ghalina. Apparti minn hekk iltaqjt ma’ membri minn Zulu Nation u tghallimt hafna minn ghandhom fuq il-kultura tal-hiphop”, spjegali Oliver b’certu sodisfazzjon.
Barra minn hekk, dan l-ahhar fostna f’Malta kellna lil Coolio – maghruf aktar ghad-diska tieghu Gangsta Paradise. Coolio kien f’Malta precizament fil-31 t’Ottubru li ghadda, fejn ingib fostna mill-organizzazzjoni hip hop Malta stess, li taghha Oliver huwa l-leader, flimkien ma’ No Bling Show u Sky. Oliver zied jghidli li ghandu aktar u aktar pjanijiet sabiex ikompli jmexxi l-organizzazzjoni u jahdmu flimkien b’mod pozittiv.
“Ix-xewqa tieghi hija mhux li nkun famuz u bil-flus, imma li tirnexxi din l-organizzazzjoni li qajjimt jien biex tipprizerva l-kultura tal-hip hop gewwa Malta u tigi nterpretata kif suppost. Apparti minn hekk l-organizzazzjoni taghna tikkampanja kontra l-abbuz tal-alkohol, id-drogi u l-vjolenza. Il-motto tal-kultura taghna huwa LOVE, RESPECT & HAVE FUN. Jien fil-kultura taghna mhux iz-zfin biss joghgobni, imma l-elementi kollha ghax maghqudin flimkien jaghmlu din il-kultura li biddlet hafna nies fid-dinja tal-Hip Hop”.
Fl-ahharnett Oliver xtaq jirringrazzja lil hafna nies fosthom lill-familja tieghu, lit-tfajla tieghu, lin-nies tal-kumitat ta’ Hip Hop Malta u lil Crew tieghu Underground Shadows li minghajr dawn in-nies zgur li ma kienx ikollu daqshekk hegga u energija li jahdem ghal dawn l-affarijiet li ghamel s’issa f’hajjtu.
“Id-dizabbilità li ghandi jien, irnexxieli indawwarha f’abbiltà u dejjem nibqa’ nirringrazzja ‘l Alla talli baghtni kif jien ghax kieku ma kontx inkun il-bniedem li jien issa”, temm jghidli Oliver.
No comments:
Post a Comment