
Fil-hajja, hafna drabi noholmu b’diversi affarijiet li eventwalment maz-zmien, dawn, jew isehhu jew itiru mar-rih u ma jsehhu qatt. Ghal ohrajn kultant lanqas biss tghaddi minn mohhhom li xi darba holma partikolari se ssir realtà.
Hekk gralha l-personalità li tkellimt maghha llum, Elinor Barbara. Minkejja li minn dejjem kienet iffissata fil-muzika, qatt ma hasbet jew bassret li ser tahdem fuq stazzjon tar-radju lokali.
Tkellimt ma’ Elinor sabiex insir nafha aktar mill-vicin u fuq kollox niddiskuti maghha xi issues personali, kif ukoll xi opinjonijiet taghha. Ghandha 23 sena u bhalissa tinsab f’relazzjoni. Toqghod H’Attard, u tahdem bhala Bay Radio-Breakfast Co-Host. Fiz-zmien tas-Sajf, il-ftit hin li jkollha liberu tqattghu l-bahar tghum u taqra xi ktieb tajjeb.
“Ferriehija, avventuruza, nhobb nidhak u nipprova nevita kemm jista’ jkun l-inkwiet u l-problemi. Il-hajja qasira wisq biex tahlieha tinkwieta fuq affarijiet banali”, bdiet tghidli dwarha meta tlabtha tiddeskrivi lilha nnifisha.
Qlajjiet dwarha
Din hija t-tielet sena taghha fuq Bay Radio, fejn kultant Elinor stess tghid li l-anqas temmen kif tar iz-zmien. Dwar jekk qatt semghetx xi tip ta’ ghajdut jew qlajjiet dwarha matul kemm ilha li bdiet tahdem fil-qasam tal-media, Elinor wiegbet, “Hmmm nahseb l-aktar wahda li jghiduli meta jiltaqghu n-nies mieghi hija, “Kemm kont nahsbek kiesha?!” u “Int u Jonathan mizzewgin?!”, tbissmet tghidli Elinor.
Tlabtha tghidli x’jattiraha l-aktar fir-radju u fuq kollox jekk tarahx bhala vantagg aktar mit-televizjoni. “L-unika vantagg li ghandek fuq ir-radju hu li ma tridx tqum titranga u taghmel il-make up fil-hamsa ta’ filghodu!! U radju dejjem thalli daqxejn ta’ misteru bejnek u bejn is-semmiegha, li nahseb li izzomm aktar interess”.
Ta’ min jghid li qabel ma’ Elinor bdiet tahdem mar-radju, hija kienet tahdem go spa fuq cruiseship fil-Mediterran u l-Karibew.
Tbakkar kmieni
Hafna jsibuha bi tqila li jqumu kmieni filghodu specjalment ghax-xoghol. Niehu minni, indum biex nigi f’tieghi, sakemm qisni niehu l-ewwel kafè. Elinor kif thossha dwar dan il-fatt li jkollha tqum kuljum kmieni hafna? Fil-fatt, Elinor tqum kuljum fil-hamsa ta’ filghodu.
“Tispicca tidra r-rutina wara tlett snin. Biss ikun hemm xi eccezzjonijiet meta jkolli xi attivitajiet il-lejl ta’ qabel u ndum biex norqod. Mhux l-ewwel darba li nibqa’ rieqda u nispicca b’xebgha genn, girja kontra l-hin biex nasal fil-hin ghax-show. Vantagg iehor fuq it-televizjoni dan nahseb, ghax m’ghandiex ghalfejn naghmel make-up,” regghet emfasizzat Elinor.
Dwar jekk hux dejjem tqum bil-burdata li tpacpac filghodu, Elinor qaltli li dik l-inqas problema ghaliha. “Minn x’hin niftah ghajnejja, lesta biex nibda inpacpac. U jekk darba fil taqa’ xi stilla, la darba nilbes il-headphones nidhol mal-ewwel fil-burdata”, tbissmet tghidli.
Ta’ min jghid li meta kienet izghar, Elinor kienet timmudella. Fil-fatt kienet bdiet timmudella meta kellha 12-il sena.
“Kont iltqajt ma’ persuna u riditni nibda nimmudella maghha. Kienet esperjenza tajba ghax ghelibt il-misthija li taqbdek meta jkollok folla thares lejk, li minghajr ma kont naf, snin wara giet isservini ghax-xoghol li ghandi issa”, sostniet Elinor.
Issa wkoll attrici !!!
Dan l-ahhar bdejna nsegwu lil Elinor bhala attrici fuq dramm televiziv gdid lokali li beda jixxandar fl-iskeda gdida tal-Harifa. Il-parti li qieghda tinterpreta Elinor f’Dellijiet hija bhala prosekutur legali bl-isem ta’ Julia Paris. Dramm li qed jiffoka fuq serial killers, u dwar kif is-socjetà tipprova tiggieled kontra l-hazen.
Staqsejtha kif hassitha li minn prezentatrici tar-radju issa tista tghid li hija anki attrici. “Din bhar-radju preciz. Qatt ma hsibt li kont ser niehu sehem fid-drama. Vsquared ikuntattjawni u offrewli parti meta lanqas huma stess ma kienu certi jekk nistax ninterpreta rwol!! Wara audition, hafna dahk u hafna ripetizzjoniet qaluli li jemmnu li se inkun tajba!! Onestament jien ma nafx. Ghadni ma rajtx ir-rizultat, allura noqghod fuq l-opinjoni professjonali taghhom u nipprova nisma’ kulma jghiduli. Fuq is-sett hija esperjenza sabiha hafna. Qed nitghallem xi haga gdida u qed niltaqa’ ma’ hafna talent Malti kemm atturi u anki kru”, spjegatli Elinor.
Dwar li issa qed ikollha titghallem xi linji bl-amment sabiex tinterpreta l-parti taghha, staqsejtha kif qed thossha dwar dan u fuq kollox kemm hi prattikata bizzejjed. “Nghidilhom jibatghuli scripts minn hafna qabel u nistudja kull ftit hin li jkolli, imma on set jghinuni u isiru hafna takes allura jkolli cans ngib il-linji tieghi tajba f’xi take jew ohra”, wegbitni pronta Elinor.
Hafna hin fuq l-internet
Gibt id-diskors maghha dwar l-internet. Jekk fuq kollox tarahx hela ta’ hin specjalment ic-chatting online. Izda Elinor infurmatni li tqatta ‘l fuq minn tmien sieghat kuljum ticcekkja sites madwar id-dinja kollha. “Kemm jista’ jkun dejjem naggorna ruhi fuq kulma jkun qieghed jigri jew x’ser ikun ser jigri fil-futur. Kulma jista’ jkun jinteressa lis-semmiegha taghna infittex u ninvestiga dwaru, specjalment il-hajja f’Hollywood il-bicca i-kbira inkun naf x’inhu jigri kullimkien”, qaltli Elinor.
Dwar ic-chatting permezz tal-internet, qaltli li m’ghandha xejn kontra, biss ziedet tghidli li ma tantx ikollha cans ghalih, u meta jkollha tippreferi tkellem nies li digà taf, specjalment hbieb li ghandha madwar id-dinja, mix-xoghol li kellha qabel sabiex fuq kollox tipprova kemm jista’ jkun izzomm kuntatt maghhom.
Naqbad diskursata in generali maghha u gibt id-diskors dwar xi jdejjaqha f’Malta. “Nahseb l-aktar haga li nitbaqbaq fuqha huma l-istat tat-toroq li ghandha hawn Malta u l-iskart li kulhadd jarmi kif gie gie, specjalment fil-bajjiet u fil-kampanja”. Fin-nies b’mod in generali wkoll, Elinor stqarret mieghi li wara xi zmien li ghexet barra minn Malta u giet lura, bdiet tapprezza aktar il-valuri taghna l-Maltin, imma tahseb li ddejjaqha l-ghira bejn in-nies u l-ghajdut fil-vojt tarah hela ta’ energija!!!
Elinor thobb kull annimal, imma b’mod specjali il-klieb. Fil-fatt ghandha zewgt iklieb, it-tnejn li huma Yorkshire Terriers. “Kieku ghandi c-cans u l-post fejn inzommhom, nigbor kull kelb li nara mitluq barra!! Imma dik daqsxejn impossibbli, allura nillimita billi fejn nara xi annimal abbandunat intih jixrob u jiekol”, stqarret mieghi Elinor.
Qlibt id-diskursata tieghi maghha, din id-darba dwar il-guvintur. Fil-fatt sabiex guvni jattira lil Elinor dan irid ikun attiv, generuz, leali u jrid ikun jaf ikompli man-nies u li fuq kollox jissapportjaha. Almenu hekk stqarret mieghi li dawn iridu jkunu l-ingredjenti tajba li jigbdu guvni lejha.
Izda meta tidhol l-ghira fl-imhabba, kif tahsibha Elinor? Hawnhekk irrimarkatli skont x’tip ta’ ghira tkun. “Kelli guvintur li jghiru ghalija. Nahseb li tajjeb li jkun jghir ftit, specjalment ghira li jibza’ li jitilfek. Ninkwieta jekk guvni ma jghir xejn ghalik, ghax normalment tfisser li miniex daqshekk importanti ghalih. Biss b’ghira eccessiva ma tistax tkun f’relazzjoni tajba l-anqas. Jien nemmen fil-bilanc f’kollox”.
Izda kollox ma’ kollox, Elinor tqis ruhha bhala romantika. “Normalment f’relazzjoni nhobb nipprepara sorprizi u insajjar l-affarijiet li joghgbu l-persuna l-ohra, kif jghidu t-Taljani prendere per la gola”.
Fuq l-istess nota ngib id-diskors dwar iz-zwieg, u fuq kollox jekk ghandiex xi data ppjanata ghall-futur. Taqbad tidhak u twegibni, “Le, xejn ippjanat! M’ghandi xejn kontra z-zwieg meta jkun bejn zewg persuni li vera jixtiequ jkunu flimkien u li vera jhobbu ‘l xulxin. Sfortunatament sirna nisimghu aktar biz-zwigijiet imkissrin milli ta’ success u hafna drabi nahseb li tkun ghax mal-ewwel problema li titfacca, hadd ma jrid jahdem ghar-relazzjoni u jissagrifikaw xi haga. Allura l-ehfef triq tkun is-separazzjoni sfortunatament ghal hafna”, sostniet Elinor.
Mill-imhabba, niddiskuti l-istudju ma’ Elinor. Fil-fatt ikkonfermatli li l-istudju ma jdejjaqha xejn. Tant hu hekk li tipprova titghallem xi haga gdida kuljum. “Ma jfissirx ghax ma tkunx ghadek skola ma tibqax titghallem. Fil-fatt jien inhoss li tghallimt hafna iktar kemm ilni li spiccajt skola, ghax sirt nistudja l-affarijiet li veru jinteressawni”, stqarret mieghi Elinor.
Eventwalment, hekk kif konna qed nitkellmu ftakart li minn taghrif li kont gbart qabel ma tkellimt ma’ Elinor, skoprejt li l-futbol idejjaqha. B’hekk iddiskutejt aktar maghha. “Minn dejjem kien idejjaqni u nahseb minn meta kont zghira kelli l-influwenza ta’ missieri li wkoll idejjqu l-futbol. L-unika darba li jinteressani l-futbol hija fil-World Cup - il-kompetizzjoni bejn pajjiz u iehor, il-bqija jekk jista jkun ma narax futbol”, sahqet Elinor.
Il-fessuda tal-papà
Hekk kif gabet id-diskors dwar missierha, ma stajtx ma nsemmix il-fatt li hija kkunsidrata bhala l-fessuda tal-papà. B’kurzità staqsejtha minn fejn nibtet din il-bond ta’ bejniethom. “Nimmagina li ghax iz-zghira fost huti, imma nahseb ghax ma’ missieri dejjem nista’ nitkellem u jipprova jifhimni f’kollox u jiehu hafna pacenzja bijja!! Min-naha l-ohra, jien nipprova naqdih f’kull ma jkollu bzonn ghax haqqu r-rispett kollu tieghi! U nahseb ukoll ghal kull tfajla l-missier dejjem huwa figura importanti hafna”, qaltli Elinor.
Ghal xi zmien ukoll Elinor kienet thobb tpingi. Fil-fatt illum timmissja hafna t-tpingija. “Minn xi hames snin ilu ‘l hawn waqaft. Dejjem bl-iskuza tax-xoghol, dejjem nghid irrid nerga’ nibda u dejjem jinqala’ xi haga li tehodli l-attenzjoni. L-unika skuza li ngib meta l-familjari jaqbdu mieghi ghax m’ghadniex inpingi, nghidilhom li la darba nirtira jkolli passatemp zgur”, tbissmet tghidli Elinor.
Dwar jekk timxix ma’ xi dieta partikolari, Elinor stqarret mieghi li tiekol kollox ghalkemm thobb tiekol healthy ukoll specjalment fis-Sajf b’hafna frott u insalati. “Imma qatt ma mxejt ma’ dieti. Ghandi l-fortuna li mill-familja kulhadd irqiq, allura qatt ma kelli bzonn noqghod lura mill-ikel anzi bil-kontra ghax inhobbu hafna l-ikel”.
Staqsejtha kif normalment tqatta’ tmiem il-gimgha taghha. Fil-fatt qaltli li jekk ma jkollhiex xi avvenimenti ta’ xoghol, xi parties jew okkazjonijiet ohra, tqatta’ l-hin mal-familja u l-boyfriend taghha. “Fis-Sajf hafna bbq’s, bahar u attivitajiet ohra mal-hbieb. Imma kemm jista’ jkun dejjem irid li jkolli xi haga ppjanata ghax ma nhobbx nahli l-hin niccassa”, temmet tghidli f’din l-intervista mieghi Elinor.
No comments:
Post a Comment